Aktar fejqan minn każi ġodda fl-aħħar sigħat

Matul dawn l-aħħar 24 siegħa mietu żewġ pazjenti kaġun tal-Covid-19. Dan kien ikkonfermat mill-informazzjoni li tiġi ppubblikata ta’ kuljum mill-Ministeru għas-Saħħa. Il-vittmi huma anzjan ta’ 82 sena li mietet f’residenza privata u anzjana ta’ 97 sena li miet fl-Isptar Mater Dei. L-imwiet għaldaqstant telgħu għal 295.

Intant l-informazzjoni maħruġa mill-Ministeru tindika li mill-2,817 swab test li ttieħdu lbieraħ, kien hemm 156 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 184 persuni li kienu rapportati bħala li rkupraw mill-virus.

Sal-bieraħ kienu amministrati wkoll 51,641 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, bi 16,265 persuna li ħadu t-tieni doża.

Share With: