Arrestati tlett irġiel suspettati li ssupplixxew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia

Rapporti qed jgħidu li ġew arrestati tlett irġiel suspettati li ssupplixxew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia. Skont il-ġurnal Times of Malta dawn huma l-aħwa Adrian u Robert Agius, magħrufa bħala tal-Maksar, u Jamie Vella. Jidher li dawn l-irġiel ġew arrestati aktar kmieni llum.

Dawn l-irġiel arrestati fl-aħħar sigħat kienu diġà ġew arrestati f’Diċembru ta’ erba’ snin ilu meta l-pulizija wettqet diversi rejds u arrestat għaxar persuni. Minkejja dan huma kienu nħelsu xi jiem wara.

Jidher li l-irġiel taw l-istruzzjonijiet ċari ta’ kif kellha tiġi attivata l-bomba li finalment qatlet lil Daphne Caruana Galizia. L-istess rapport jindika li kien hemm il-ħsieb li Daphne tinqatel b’tir minn distanza, iżda għal xi raġuni dan il-pjan kien twarrab.

Share With: