Boeing tirrakkomanda biex għexieren ta’ ajruplani tat-tip 777 ma jintużawx

Il-kumpanija Amerikana Boeing irrakkomandat biex għexieren ta’ ajruplani tat-tip Boeing 777 ma jintużawx wara li wieħed mill-ajruplani sofra minn ħsarat kbar fil-magna. Dan sabiex jaċċertaw x’wassal għall-inċident.

L-ajruplan, li kien qed iġorr 231 passiġġier, nhar is-Sibt li għadda kien imġiegħel jirritorna lejn l-ajruport ta’ Denver. B’xorti tajba ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

Boeing qalet li b’kollox 128 ajruplan li jagħmlu użu mill-istess magna bħal dak tal-ajruplan ta’ Denver m’għandhomx jintużaw għalissa.

It-titjira United 328 kienet qed ittir lejn id-destinazzjoni tagħha ta’ Honolulu, meta l-magna tal-lemin tal-ajruplan inħakmet minn nirien. Bċejjeċ mill-magna kienu rapportati li waqgħu f’żona residenzjali f’Denver hekk kif l-ajruplan irritorna lura lejn l-ajruport.

Share With: