Facebook se jwaqqaf il-projbizzjoni ta’ aħbarijiet fuq paġni Awstraljani

Facebook ħabbar li se jkun qiegħed iwaqqaf l-imblokk tal-kontenut tal-aħbarijiet għall-utenti tiegħu fl-Awstralja.

Fl-aħħar jiem, il-pjattaforma soċjali mblukka lil kull min jagħmel użu mill-pjattaforma soċjali fl-Awstralja milli jara jew jagħmel share ta’ kontenut ta’ aħbarijiet, b’dan joħloq allarm dwar l-aċċess tal-pubbliku għal informazzjoni importanti.

It-Teżorier Awstraljan Josh Frydenberg qal li l-kap Eżekuttiv ta’ Facebook Mark Zuckerberg kien qallu li l-projbizzjoni mistennija tieqaf “fil-jiem li ġejjin” wara diskussjonijiet li kien hemm bejn iż-żewġ partijiet.

Frydenberg min-naħa tiegħu qal li kienu se jsiru emendi fil-liġi wara proposta biex ġganti tat-tekonoloġija jħallsu għal kontenut tal-aħbarijiet fuq il-pjattaformi tagħhom.

Share With: