Il-Koħħu jingħata l-maħfra presidenzjali b’rabta ma’ delitt li seħħ fl-2015
Il-kabinett approva li tingħata il-maħfra presidenzjali lil Vince Muscat għall-qtil ta’ L-Avukat Carmel Chircop ta’ 51 sena li seħħ f’Birkirkara fl-2015.
Il-Kabinett approva din il-maħfra fl-aħħar sigħat bil-ħsieb li tikseb informazzjoni importanti b’rabta mal-qtil u l-mod ta’ kif ġie pjanat il-qtil.

Il-vittma kien intlaqat b’erba’ tiri u ġie ċċertifikat mejjet fil-post.