Il-poplu adult Brittaniku se jirċievi mill-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 sal-aħħar ta’ Lulju

Il-Gvern Brittaniku qal li kull adult fil-pajjiż se jkun irċieva mill-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin tal-Covid-19 sal-aħħar ta’ Lulju. Din il-mira hija ferm aktar fil-viċin minn dak li kien ipprogramma għall-Gvern.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Associated Press irrapporta lis-Segretarju għas-Saħħa tar-Remju Unit, Matt Hancock, jgħid li uffiċjali huma tal-fehma li għandhom biżżejjed dożi tal-vaċċin biex jilħqu l-mira ambizzjuża li għandhom.

Hancock qal li wieħed minn kull tliet adulti diġà rċevew mill-inqas l-ewwel doża tal-vaċċini Pfizer jew AstraZeneca.

Share With: