Il-Prim Ministru b’ittra iebsa lill-UE dwar ix-xiri tal-mediċini

Siti tal-aħbarijiet Ewropej irrappurataw dik li iddeskrivew bħala ittra iebsa li l-Prim Ministru Robert Abela kiteb lill-UE dwar ix-xiri tal-mediċini.

Fl-ittra Abela kien kwotat jgħid li l-mod kif l-UE kienet qed tixri l-vaċċini għall-Covid19 ma kienx qed jgħin lill-pajjiżi ż-żgħar bħal Malta u ikkritika s-sistema tax-xiri tal-vaċċini bħala waħda li mhix tassigura bilanċ bejn il-pajjiżi.

Huwa jgħid li l-Brexit ħalla lil Malta dipendenti fuq sistema li ma laħqtix l-aspettattivi tagħha u wissa li n-nuqqasijiet tal-UE jistgħu jwasslu għal kollass fis-sistema tas-saħħa Maltija.

Dejjem skont ir-rapporti tal-media barranija, Abela qal ukoll lill-UE li l-aċċess għall-mediċini kien jiddependi mill-vijabilità finanzjarja tal-prodott fis-suq ta’ kull stat membru.

Waqt li jingħad li qalilha wkoll li bit-tluq tar-Renju Unit mill-UE pajjiżna tilef wieħed mill-mezzi legali li bih mediċini jaslu Malta, Abela kien kwotat li kiteb anke lill-President tal-Kummissjoi Ewropea Ursula von der Leyen.

Fl-ittra lilha huwa jħeġġiġha tieħu azzjoni konkreta biex fiż-żmien li ġej il-pajjiżi tal-UE jixtru l-mediċini flimkien.

Share With: