Il-Pulizija għadha tfittex għal Marcel Pisani wara kważi xahrejn mindu kien rapportat nieqes

Il-Pulizija għadha qed tfittex għal Marcel Pisani wara kważi xahrejn mindu kien rapportat nieqes. Marcel juża siġġu tar-roti u deher l-aħħar fir-residenza tiegħu fil-Mosta. Huwa jagħmel użu minn vettura tat-tip Renault Captur ta’ lewn blu ċar b’saqaf cream.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar Marcel jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numru tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119, jew billi jirrikorri fl-eqreb għassa tal-Pulizija.

Share With: