Imut waqt tħejjija ta’ apparat li kellu jiżvela l-ġeneru tat-tarbija

Aħbar xokkanti minn New York titratta l-mewt ta’ raġel li kien mistenni jsir missier fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa kien qiegħed iħejji apparat li kellu jiżvela jekk il-koppja kienx se jkollhom tifel jew tifla, iżda l-pjan ma marx skont il-previst.

Christoper Pekny ta’ 28 sena kien qiegħed iħejji l-apparat għal waqt il-festin li kellu jaqta’ l-kurżità tal-mistednin meta dan sploda ftit qabel nofsinhar tal-Ħadd li għadda.

Il-Pulizija kkonfermat li kawża tal-isplużjoni tilef ħajtu missier it-tarbija u ndarab ħuh Michael Pekny ta’ 27 sena.

Għalkemm il-Pulizija ma speċifikatx dwar l-apparat li kkawża l-isplużjoni, it-taqsima tal-bomb disposal għaddejjin b’investigazzjoni b’rabta ma’ dan l-inċident.

Share With: