Jingħataw kważi 60,000 doża tal-Covid-19

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati minn 3,282 swab tests li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa kienu jammontaw għal 154 każ. Fl-istess waqt kien hemm 148 persuna li kienu reġistrati bħala li rkupraw mill-virus. Għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi f’pajjiżna tela’ għal 2,435.

Intant minn statistika maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa jirriżulta li sal-bieraħ kienu amministrati 59,702 dożi tal-vaċċin, bi 19,199 persuna li jieħdu t-tieni doża.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li matul dawn l-aħħar 24 siegħa ma kienx hemm mewt relatat mal-pandemija.

Share With: