Kważi 4,000 persuna jitlaqqmu biż-żewġ dożi

Sal-bieraħ b’kollox kien hemm 3,948 persuna li ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Dan skont l-informazzjoni ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa li tindika li s’issa ġew amministrati 27,759 doża tal-vaċċin.

Intant mit-3,037 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 124 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 141 persuna li rkupraw mill-virus.

In-numru tal-vittmi kaġun tal-Covid-19 f’pajjiżna telgħu għal 269 persuna wara li matul dawn l-aħħar 24 siegħa anzjan ta’ 81 sena u anzjana ta’ 88 sena mietu fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-virus. 

Share With: