Maġistrati b’għażla tagħhom għandhom jagħmlu l-inkjesta

Id-Deputat Nazzjonalista, Karol Aquilina, iddikjara fil-Parlament li biex jispiċċa d-dewmien fl-inkjesti, li jibdew u qishom qatt ma jintemmu, hemm bżonn ikun hemm grupp ta’ maġistrati inkwirenti li jaħdmu biss fuq l-inkjesti.

Spjega li b’hekk jitħaffef il-proċess. Qal li mhux sew li l-maġistrati jridu jlaħħqu mas-seduti marbutin mad-distrett u wara jmorru jagħmlu rwol investigattiv fuq l-inkjesti.

Share With: