“Sanzjonijiet u pieni addizzjonali għal min jinstab ħati ta’ ħasil ta’ flus”

Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis fil-Parlament

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis meta tkellem dwar l-Abbozz ta’ liġi li jemenda l-att kontra l-ħasil ta’ flus sostna li issa tista’ ssir kawża biex konfiska, anke ta’ vapur, proprjetà jew karozza lussuża u li ma jkunx hemm min jiddikjara li jridhom minħabba li jkun parti minn organizazzjoni kriminali, il-gvern jista’ jeħodhom għalih.

Tenna li “l-bureau ta’ rikavat mill-kriminalità kellu bżonn jissaħħaħ. Hemm investiment ta’ €2.7 miljun fl-uffiċċju tal-irkupru tal-assi. Fil-pieni qed ngħidu li qed nagħtu l-qorti sanzjonijiet addizzjonali u issa qed ngħidu li dik il-persuna li tinstab ħatja ta’ ħasil ta’ flus, il-qorti tista’ timponi li tali persuna ma tkunx tista’ tapplika għal skemi ta’ finanzjament. Hemm l-iskwalifika minn attivitajiet kummerċjali. Jekk instabt ħati ta’ ħasil ta’ flus tista’ tiġi mneħħi minn attività kummerċjali. Hemm il-projbizzjoni għal kariga pubblika. Għalhekk ma tistax tħalli persuna f’kariga eletta”. 

Tenna li “hemm per eżempju fondazzjonijiet li dawn jekk jinstabu ħatja jistgħu jkollhom l-esklużjoni minn finanzjament pubbliku. Hemm l-iskwalifika minn attivitajiet kummerċjali, qegħdin taħt sorveljanza ġudizzjarja u l-għeluq temporanju ta’ stabbilimenti biex twettaq ir-reat”.

Share With: