“Tajna prova kemm dan il-gvern ma jħares lejn wiċċ ħadd u se jassigura li l-ġustizzja ssir f’kull każ”

Il-Prim Ministru beda l-indirizz tiegħu billi qal li dak li ġara fl-aħħar sigħat huwa konferma ta’ istituzzjonijiet li jaħdmu u jħallu riżultati effettivi. Kompla biex jgħid li l-fatt li llum hemm persuna li ammettiet u ġiet ssentenzjata għal priġunerija dwar l-omiċidju huwa pass ieħor biex tkompli titwettaq ġustizzja mal-familja tal-vittma u lejha stess.

Abela qal li pajjiżna għandu gvern li jappoġġja l-istituzzjonijiet u li verament jemmen fis-saltna tad-dritt. Tkellem ukoll dwar il-ftehim li jirrakkomanda l-proklama lil Vincent Muscat b’rabta mal-każ tal-Omiċidju tal-avukat Carmel. Il-President laqgħa din it-talba taħt numru ta’ kundizzjonijiet u aktar kmieni llum ġew arrestati numru ta’ persuni b’rabta ma’ dan l-omiċidju.

Abela temm jgħid li dan kollu jikkonferma kemm pajjiżna mhux biss jitkellem dwar istituzzjonijiet li jaħdmu, iżda jagħti r-riżorsi biex dawn jaħdmu b’mod effettiv u jagħtu r-riżultati.

Meta kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti Abela qal li ż-żewġ kundizzjonijiet tal-proklama prinċipali huma li Muscat jgħid is-sewwa u s-sewwa kollu dwar il-każ u li jirritorna r-rikavat li hu rċieva f’konnessjoni mal-omiċidju.

Qabel:

Il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela minn hawn u ftit tal-minuti oħra se jkun qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet.

Għalkemm għad m’hemm l-ebda konferma dwar is-suġġetti li se jkun qiegħed jitratta, aktar kmieni llum kien hemm żvolta fil-każ tal-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.

Wieħed mill-akkużati, Vince Muscat “il-Koħħu” ammetta li qatel lil Daphne u wara qbil bejn il-partijiet fil-Qorti huwa kien ikkundannat 15-il sena ħabs u mmultat kważi €43,000 fi spejjeż tal-Qorti.

Share With: