Titħabbar il-mewt ta’ Alfie Guillaumier

  • Mar 25, 2019 18:11
  • Miktub minn iNews
"

    Tħabbret il-mewt ta’ l-istoriku, riċerkatur u kittieb prolifiku Alfie  Guillaumier. Huwa miet il-bieraħ, il-Ħadd, fl-għomor ta’ 91 sena. 

    Alfred Guillaumier, magħruf aktar bħala Alfie twieled il-Ħamrun fis-16 ta’ Lulju 1927 u ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja u fil-Liċeo. Mill-1961, inħatar membru ta’ l-Akkademja tal-Malti. Kiteb diversi kotba u rumanzi popolari fosthom l-‘Isfigurat’ fl-1954, ‘Mifdija mill-Jasar’ fl-1958, ‘Isabella’ fl-1960, ‘Imħabba u Mrar”, il-Ħaqq t’Alla, Taħt Saltna Rumana, Mifdija mill-Jasar, Liliana. Kiteb ukoll żewġ kotba għat-tfal, il-Misteru ta’ l-Għadira’ fl-1976 u ‘Il-Misteru ta’ Kemmuna’ fl-1981. 

    Storja oħra minn din is-sensiela “Il-Misteru ta’ l-Imdina” li xxandret fil-ktieb “It-Tużżana” li kien ħa l-ewwel premju tal-letteratura għat-tfal. Kiteb ukoll “Damma ta’Idjomi Maltin” bit-tifsir tagħhom u “Damma ta’ Proverbji Maltin-Ingliżi”. Kiteb ukoll serial fuq ir-rediffusion (PBS) .li semmieħ “Ix-Xirka tas-Seqer” li kien fih 26 episodju. Ktieb ieħor “Il-Ħamrun Żvilupp ta’ Seklu”. Huwa ttraduċa għall-Malti il-ktieb klassiku Ingliż “Jane Eyre” ta’ Charlotte Bronte’. 

    Għandu wkoll għadd ġmielu ta’ novelli – ftit minnhom ġew stampati fi ktieb bl-isem ta’ “Dun Katald u Ħrejjef Oħra, u kitba oħra fuq suġġetti varji jinsabu mxerdin f’diversi ġurnali. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn in-novelli u kitba nqraw minn fuq il-mezzi tax-xandir u x-xandru wkoll fuq il-gazzetta “Il-Berqa” li kienet toħroġ mill-Progress Press.
    Fl-14 ta’ Marzu 2002, huwa rebaħ il-Premju Letterarju għas-sena 2000 għar-rumanz “Rabta Ċoff”, imniedi mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. 
    Huwa mill-ewwel membri ta’ l-Għaqda Letterarja Maltija sa mill-bidu tagħha. Fl-1961 inħatar Membru Akkademiku ta’ l-Akkademja tal-Malti. Minbarra dawn għandu bosta kitbiet oħra. Bla dubju l-akbar xogħol tiegħu huwa ‘Bliet u Rħula Maltin’ li jagħti tagħrif siewi dwar kull belt u raħal f’Malta, xogħol li ħadlu aktar minn 43 sena u kien għadu jaġġornah sa llum, ġie stampat ħames darbiet. 

    Ħafna storiċi jirreferu għalih u li huwa referenza għal kull min irid ifittex xi nformazzjoni dwar l-ibliet u rħula fil-Gżejjer Maltin.  Kien ukoll jikkontribwixxi b’kitbiet minn tiegħu mimlijin tagħrif f’ħafna ‘kotba tal-festa’ ta’ diversi bliet u rħula, speċjalment dawk li jinħarġu l-Ħamrun.
    Kien jaħdem bħala Deputat Reġistratur fil-Qorti tal-Maġistrati, fejn għamel bosta snin sakemm irtira.

    Magħdud bħala ‘Ikona Ħamruniża”, Alfie Guillaumier kien ġie onorat bl-għoti ta’ Ġieħ il-Ħamrun fis-sena 2002, waqt li fl-2014 ingħata il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

    Huwa kien miżżewweġ lil Marion nee Ventura u għandu tifel wieħedd, Antoine.

    Il-funeral ta’ Alfie Guillaumier se jsir għada, it-Tlieta, fis-2.30 p.m., fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0